Sezzjoni Żgħażagħ Stillieri A.D. 1988
Mill-bidu nett mit-twaqqif tal-Banda Anici nħass il-bżonn li ż-żgħażagħ li kienu qegħdin jiffrekwentaw is-soċjeta' jinġabru numru minnhom u tiġi ffurmata Sezzjoni żgħażagħ fi ħdan l-Għaqda Soċjo-Mużikali Anici. Fil-fatt hekk kien sar u nħatar il-kavallier John.M.Spiteri bħala l-ewwel Chairman ta' din is-sezzjoni. Tajjeb li nsemmu li din mhux kariga waħdanija li kellu fir-responsabilta tiegħu il-kavallier Spiteri. Barra li hu wieħed mill-erba' fundaturi kien ukoll fejn għadu sa llum Direttur Ġenerali, Chairman tal-Kummissjoni Banda w arkivista. Kif kien mitlub jaghmel ippropona xi żgħażagħ li l-aktar kienu entużjasti biex b'hekk ġiet iffurmata is-sezzjoni żgħażagħ.
L-ewwel kariga ta' segretarju ta' din is-sezzjoni okkopata sinjorina li llum miżżewġa u tgħix fl-Awstralja din kienet is-sinjorina Dr Ġekonda Mifsud li llum insibuha fil-karriera professjonali ta' Avukata. Tajjeb li nsemmu li fil-bidu din is-sezzjoni kienet tissejjaħ bħala sotto-kumitat
No shows to display